Fittex fid-Database

tac-Ċentru tar-Riżorsi

tas-Segretarjat għall-Katekeżi

billi tagħfas hawn.

Iċ-Ċentru ta’ Riżorsi, li jagħmel parti mis-Segretarjat għall-Katekeżi, jinsab ġewwa l-Istitut Kattoliku, il-Furjana fuq it-tielet livell. Jinsab fil-qalba tas-Segretarjat fejn kull sena akkademika jiġu organizzati korsijiet regolari. Jista’ jintlaħaq jew permezz tat-taraġ jew bil-lift. Mill-użu tal-post dan l-aħħar inħasset il-ħtieġa ta’ aċċess aħjar għal min għandu xi problema fiżika u titjib f’dan ir-rigward qiegħed jiġi studjat.

Mat-twaqqif tas-Segretarjat għall-Katekeżi, fi ħdan il-Kummissjoni Kateketika Nazzjonali, bdew jinxtraw xi kotba għall-użu intern tal-istaff u tal-istudenti li jkunu qed jattendu xi kors. F’dawn l-aħħar għoxrin sena ċ-Ċentru kiber u llum għandu forma aċċettabbli ta’ biblijoteka, grazzi għall-interess u l-ħidma ta’ diversi persuni li tul dan iż-żmien wetqu ħidma għaqlija u bieżla f’dan il-post.

Illum iċ-Ċentru ta’ Riżorsi għandu kollezzjoni ta’ madwar 6,000 ktieb, 500 ktejjeb u offprints, abbonament kurrenti għal madwar 25 rivista, materjal awdjoviżiv – Awdju Cassetts, DVDs, CDs u sensiela ta’ slides bil-kulur fuq suġġetti varji. Għandu wkoll recordings maħsuba sabiex jgħinu lill-katekisti prospettivi jwettqu x-xogħol tagħhom b’mod aktar effiċjenti u professjonali.

Il-kollezzjoni tal-kotba hi skedata skont klassifika addatta tad-Dewey fuq skala ta’ bejn in-numri 0 san-numru 9. Kull numru primarju, li jirrapreżenta suġġett partikolari huwa soddiviż f’għaxar diviżżjonijiet fejn is-suġġett huwa speċifikat aktar fid-dettal. Din l-aħħar sena l-kollezzjoni bdiet tiġi imdaħħla ġo database u inventarjata u b’hekk wieħed isibha aktar faċli biex isib il-ktieb li jkun jixtieq.

Għal konvenjenza tal-istudenti ġie mqiegħed kompjuter fl’awla prinċipali tas-Segretarjat minn fejn wieħed jista’ jidħol fid-database u jfittex il-ktieb li jrid permezz ta’ diversi oqsma: awtur, titolu, suġġett, eċċ. Illum, dan id-database hu aċċessibbli fuq is-sit online tas-Segretarjat.

Il-ħinijiet ta’ ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ħamis mit-8.00 sal-11.00.

Tista’ titkellem mal-librar billi tagħfas hawn jew tibghat email fuq albert.mercieca@maltadiocese.org, jew inkella ċċempel fuq in-numru tat-telefon 22039406 fil-ġranet tal-ftuħ. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi tagħfas hawn.

Tista’ titkellem mal-librar billi tagħfas hawn jew tibghat email fuq librerija@katekezi.org, jew inkella ccempel fuq in-numru tat-telefon  22039406 fil-ġranet tal-ftuħ. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi tagħfas hawn.

Fittex fid-Database

tac-Ċentru tar-Riżorsi

tas-Segretarjat għall-Katekeżi

billi tagħfas hawn.