28 ta’ Marzu 2020 ser insejħu Kungress Kateketiku Nazzjonali ta’ ġurnata. Dan il-Kungress se jsir f’Dar San Ġużepp (MSSP) Santa Venera, u għalih huma mistiedna l-katekisti kollha ta’ Malta. Billi f’dan il-Kungress se nitkellmu l-aktar dwar ir-riżorsi umani, u allura l-katekisti infushom, iddeċidejna li nagħtuh l-isem: MALTA 2030. “Se nsib fidi?” Biex dan il-Kungress iħalli l-frott, intom il-katekisti u l-edukaturi għall-fidi tridu tkunu preżenti. Għaldaqstant qed nistedinkom biex tħallu din id-data libera.