Fr David Torpiano

Dun David Torpiano, mill-Furjana, twieled nhar l-20 ta’ Frar 1984. Irċieva l-edukazzjoni primarja, sekondarja u post-sekondarja fil-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu. Ħadem fl-Inland Revenue Department kif ukoll mal-kumpanija Attard Brothers. Għal diversi snin huwa rċieva l-formazzjoni nisranija tiegħu mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija.

Fis-sena 2004, huwa beda l-formazzjoni tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju tal-Arċisqof u fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Matul dan iż-żmien, huwa għex esperjenza missjunarja kemmxejn twila fil-Perù. Huwa ġie ordnat presbiteru mill-E.T. Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP, nhar it-3 ta’ Lulju 2011. Għal diversi snin, kien iservi bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Santa Katarina, fiż-Żurrieq.

Huwa kiseb Liċenzjat fit-Teoloġija bi speċjalizzazzjoni fil-Kateketika mill-Università Pontificia Salesiana (Ruma) b’teżi bit-titlu: “The Paradigmatic Missionary Conversion of Catechesis within the Process of Evangelization. Proposals in the light of John Henry Newman’s Pedagogy of Formation Towards Faith”. Reċentement, huwa kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija Fundamentali mill-Pontificia Università Gregoriana (Ruma) b’teżi bit-titlu: “On Newman’s Callista. A pedagogy towards faith for secularized Western society”. Fil-preżent, huwa kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, fis-Segretarjat għall-Katekeżi u huwa s-segretarju tal-Kunsill Presbiterali.