Din il-laqgħa tgħin lill-katekisti biex ikunu
aktar imħarġa kif iġibu ruħhom meta l-imġieba tat-tfal u
l-adoloxxenti tkun ta’ sfida għalihom u għal bqija tal-grupp.
Ikunu offruti għajnuniet ta’ kif wieħed jista’ jġib ruħu
f’sitwazzjonijiet ta’ mġieba differenti.

Is-Sibt 16 ta’ Novembru
mid-9.00 sa 12:00am
l-Istitut Kattolika, tielet sular,
fis-sala tas-Segretarjat għall-Katekeżi
Prezz: €5

Jekk tixtieq tapplika imla l-formola li tinsab hawn taħt.

Għal aktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq
info.katekezi@maltadiocese.org jew ċemplu filgħodu fuq 22039400.